Aktar kmieni llum smajna intervista mill-Prim Ministru Robert Abela fejn wera pożittività li żgur għenet ħafna fil-moral tal-poplu Malti u Għawdxi. Għalkemm għadu ma spiċċax kollox, żgur li rridu nammettu li pajjiżna kellu suċċess fil-ġlieda kontra l-Covid-19.
Dan wera serjetà kbira mill-Awtoritajiet tas-saħħa flimkien mal-Gvern li ħadmu id f’id biex ir-riperkussjonijiet fuq kulħadd, ikunu l-inqas possibbli. F’pajjiżna kien hawn 6 imwiet sa issa; u 450 pazjent li kienu rikoverati minn total ta’ 546 pazjent li kellhom il-viurs. Hemm min jargumenta li dan għaliex aħna pajjiż żgħir imma żgur li huwa argument li ma jreġhiex.
Wara kollox il-popolazzjoni Maltija tgħodd ma’ kważi 500,000 persuna u dan il-kalkulu ta’ pazjenti bil-Covid, għalkemm lilhom mhux se tgħidilhom suċċess għax ikunu huma li batew il-virus, xorta meta tqis kollox, iva huwa suċċess!
Irridu niftakru li aktar kmieni waqt il-pandemija, kienet il-WHO stess li għażlet anke lil pajjiżna bħala eżempju ta’ kif pajjiżi oħra għandhom jagħmlu biex jikkontrollaw dan il-virus li fena d-dinja.
Sa issa diġà kien hemm tnaqqis ta’ restrizzjonijiet, li għall-bidu kien hemm min ħa gost bihom u bħal dejjem ikun hemm min ma jaqilbx. Imma ma rajnhiex effetti negattivi tiegħu. B’hekk, minn kliem il-Prim Ministru dagħodu, jidher li wasalna biex ikollna aktar tnaqqis f’dawn ir-ristruzzjonijiet fost l-oħrajn, il-ftuħ tar-ristoranti u ħwienet tax-xagħar u s-sbuħija.
J’Alla nkomplu mexjin ‘il quddiem. Min-naħa tagħna, bħala wirtmalta.mt ma nistgħux ma nirrikonoxxux ukoll kemm bata l-wirt storiku; mużewijiet u siti magħluqin b’inqas dħul, li apparti li l-finanzi joqltu lill-ħaddiema diretti f’dan is-settur, huma wkoll flus li jgħinu biex postijiet storiċi jinżammu fl-aqwa tagħhom u jsirilhom restawr u manutenzjoni meħtieġa.
Kuraġġ dejjem u Viva Malta tagħna. Dan huwa mument ta’ għaqda u mhux partiġġjaniżmu! Naħsbu f’pajjiżna l-ewwel u nkomplu nieħdu ħsieb xulxin u saħħitna!
Ritratt: Malta Weather/ Eric Aloisio