Il-Kor Pueri Cantores Jubilate Deo tan-Naxxar ħareġ b’siltà mill-isbaħ bil-vuċijiet tat-tfal flimkien mad-daqq tal-arpa mill-artista bravissima Caroline Calleja. Iġġib l-isem ta’ God in heaven-a child’s prayer for difficult times; siltà differenti fejn qed naraw talba għall-mumenti aħjar, iżda din id-darba miċ-ċkejknin. Hija melodija miktuba minn Luke Muscat ta’ 9 snin.
Il-kor Pueri Cantores Jubilateo Deo huwa taħt id-direzzjoni ta’ Daniela Ellul.
Il-messaġġ jgħid li; hemm x’hemm jinkwetak bħalissa minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, ser jgħaddi. L-affarijiet ser ikunu aħjar! Prosit tassew lilkom!
Minn wirtmalta.mt nieħdu gost naraw l-arti anke fit-tfal, li minn ċkunithom ikollhom passjoni għall-mużika kif ukoll għall-espressjoni ta’ dak li jħossu fil-qalb sabiħa tagħhom!