Ritratt sabiħ li ttella’ fil-grupp ta’ facebook Nostalgia Malta juri karozza tal-linja bil-kulur aħdar iddur ma’ fejn illum hemm il-bank HSBC lejn il-pjazza li llum hija żona pedonali.
Kemm jinbidel iż-żmien! Dan ir-ritratt jidher li ttieħed fl-1985. Ta’ min ninnutaw ftit affarijiet; il-moda tal-ħwejjeġ tan-nies fir-ritratt, it-tip ta’ fanali li hemm, it-taxi bajda, il-kjosk tal-ġelat u bla dubju ta’ xejn il-karozza tal-linja jew ix-xarabank kif ħafna kienu jsejħulha.
Meta jgħaddi ż-żmien, jibqa’ biss it-tifkiriet. Tifkiriet li juru l-progress! Tifkiriet li juru li ż-żmien ma jistenna l-ħadd…
Illum din l-akkwata hija totalment differenti. Ma nafx hux aħna ta’ wirtmalta.mt, imma ritratti hekk iġiegħeluna wkoll napprezzaw il-mument għaliex iż-żmien mhu se jitenna lil ħadd.
Ritratt: Maria Graziella Cassar/ Nostalgia Malta/ Bay Retro