Mil-lum il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju 2020 bosta negozji reġgħu fetħu l-bibien tagħhom jew inkella ser jagħmlu hekk minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, hekk kif ukoll restoranti fost oħrajn, mistennija jippruvaw jerġgħu mmorru lura għan-normal; normal meqjus differenti milli nafu jew li mdorrijin bih.
Ser jiftħu wkoll lukandi u anke ħwienet tax-xagħar u dawk ta’ sbuħija li huma marbuta bi protokolli apposta. Il-barbieri ma jistgħux iqaxxru leħji.
Tajjeb nsemmu wkoll li bosta servizzi tas-saħħa ser jerġgħu jibew jingħataw wara li dan kien imħabbar mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne nhar l-Erbgħa li għaddiet waqt konferenza. Ser ikunu possibbli wkoll operazzjonijiet mhux urġenti.
Dan kollu f’tentattiv biex bil-mod il-mod, nibew immorru lura għal stabbilità ġdida. Intom x’taħsbu dwar dan?!
Ritratt: https://www.livescience.com/
Sakemm m’hemmx serħan il-moħħ, m’hemmx stabbilita’…. Ma tantx nimmaġina li toħroġ tiekol u jirnexxielek tirrilassa f’dan it-tip t’ambjent, u li qed ngħid jgħodd għall-pajjiżi kollha mhux Malta biss.
Naħseb li jista’ jkun hemm min forsi jittanta jerġa’ jipprova jmur lura għan-normal, pero’ kif jaffaċċja din ir-realta’ ġdida żgur se jsib ruħu frustrat aktar minn qabel!!!!