F’dawn il-mumenti l-akbar arma għandha tkun dik tal-kuraġġ. Huwa minnu li ma jfissirx li għadda kollox imma anqas nistgħu nibqgħu mbeżżgħin. Irridu nagħmlu kuraġġ flimkien.
Dan kien l-iskop wara l-mixgħela tal-faċċata tal-Bażilika Kolleġġjata ta’ Santa Liena f’Birkirkara fuq inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.
Il-ħsieb imur fuq il-front liners dedikati ta’ pajjiżna li għamlu u qed ikomplu jagħmlu xogħol imprezzabbli! Prosit tassew lil dawk kollha involuti. Dawn huma avvenimenti li jgħollu l-moral tal-pubbliku. Kuraġġ hija l-għajta tagħna!
Nota: Artiklu b’kollaborazzjoni