Anqas nemmnu li jkollna naslu nikbtu artiklu ta’ din ix-xorta. Imma għaliex ja poplu? Donnu s-suċċess u l-frott li naraw qisu rridu nibdluh fi mrar? Irridu ntappnuh?
Nies jarmu barra, kummenti ta’ ħdura lejn xulxin, sfidar lir-regoli mposti mill-awtoritajiet… Imma possibbli? Daqshekk immaturi? U mbagħad nieħdu għalina u ndawru l-kanuni u nġibu l-eżempji u nqabblu. Huwa minnu li fid-dinja hemm miljuni jagħmlu dan it-tip ta’ aġir imma aħna ma tgħallimniex li dejjem irridu naraw lil min hu aqwa minnha?
Hemm għalfejn ikollna l-pulizija jferqu l-massa fuq il-fosos illejla? Qatt ma ċċelebrajna qabel f’ħajjitna? Il-pika ġiet aqwa mis-saħħa? Daqshekk aħna ddisprati li rridu niżvugaw? U minn fuq naraw f’min se nwaħħlu; għax misshom ma għamlux hekk jew argument jew ieħor. L-isbaħ kumment ‘għax aħna poplu Mediterranju u spontanji’… Mela trid taqla’ ġo fik ja poplu għax int Mediterranju?!
Ilkoll lesti biex nisparaw minn wara l-laptop u nkunu aħna stess li nagħmlu l-istess. Nitkażaw bl-irresponsabbiltajiet li jsiru minn individiwi u minn azzjonijiet ta’ delikwenti tas-soċjetà mingħajr ma nindunaw li aħna bħala soċjetà qed inħallu l-effetti tagħna fuq il-ġenerazzjonijiet preżenti. Imma la jien ma nasalx noqtol jew nisraq, mela jien kopert mil-liġi tas-sewwa!
Meta se nikbru?! Għandna tant sabiħ u pożittiv għaliex irridu nkunu aħna kattivi tagħna nfusna? U l-mistoqsijiet jibqgħu jiġu mistoqsija għax donnu qatt mhu biżejjed u ma nitgħallmu qatt!!!! Ma nieħdu xejn bi kbir li naqilgħu xi żewġ tgħajjiriet ukoll għal dan l-artiklu imma RRIDU NITGĦALLMU NAMMETTU LI DIN HIJA L-VERITÀ irrelevanti kemm nippruvaw nieħdu tagħna jew nieħdu għalina!!!
Ritratt: Mill-fosos/ ONE News
Ma nistax nifhem kif il pulizija u l armata ma hadux passi? Iddecidejna li nhallu n nies ma jithlux Malta, hallejnihom bejn sema’ u ilma, dawk il multi li wahhalna ghax kienu 4 persuna jew ftit izjed fuq il bajja u dawn is supporters tal Florjana Alla jbierek ma jehlu xejn!!!!! Dawn jafu li l Italja dqn il virus xtered minn loghoba tal futbol? Grazzi tas sapport li ureju lejn MALTA u l maltin