Għaddejna minnha bosta drabi din it-triq u spiss nistaqsu. Qed nirreferu għal Triq Mikiel Anton Vassalli li miċ-ċentru tal-Imsida tieħdok ‘il fuq lejn l-iskate park u l-inħawi tal-Università fejn naħseb ġieli nnutajtu bħal niċeċ imqattgħin fil-blat.
Minn informazzjoni li ksibna mill-istoriku Vincent Zammit, dawn m’huma xejn ta’ storja partikolari ħlief sinjali li kienu saru meta beda jsir it-tħaffir tat-triq fis-snin sebgħin.
Interessanti kif sar it-tqattiegħ li ħalla dan id-disinn li bla ma trid joħloq domanda f’moħħ dak li jkun! Imma neħħuha minn moħħkom li huma xi marki arkeoloġiċi!
Ritratt: Marki mal-ħitan fl-Imsida/ Edward Bonello