Dawl Għall-Frontliners… Imma DJ Set Mit-Tieqa Tal-Bażilika Tal-Mosta?!

Qed naraw bosta binjiet storiċi jinxtegħlu bil-kuluri tal-qawsalla; il-kuluri li jissimbolizzaw li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Iżda x’taħsbu intom dwar ‘dj set’ minn waħda mit-twieqi tal-Bażilika Mostija? Bażilika li ngħatat it-titlu wara talba lill-Papa Franġisku!! Bl-isem ta’ MYNT live 2020 dance series dan huwa l-filmat:   Ritratt: Il-faċċata tal-Bażilika tal-Mosta

Il-Ħwawar… Kif Jissejħu Bl-Ingliż U Bil-Malti

Kultant il-kelma ma tkunx tista’ tiġina f’ħalqna ngħidu. Din hija tabella bl-ismijiet tal-ħwawar kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż. Huwa tajjeb li kemm jista’ jkun nużaw il-lingwa tagħna. Taqblu?! Hawn huma: Ħabaq-Basil Nagħniegħ-Mint Sagħtar-Thyme Merqtux-Marjoram Tursin-Parsley Riegnu-Oregano Klin-Rosemary Xibt-Dill Salvja-Sage Rand-Bay Leaves Karfus-Celery Strafun-Taragon Kurrat Salvaġġ-Chives Melissa-Lemon Balm Tursin Ingliż-English Parsley Ritratt: Ħwawar/ growingyourowngarden.co