Kultant il-kelma ma tkunx tista’ tiġina f’ħalqna ngħidu. Din hija tabella bl-ismijiet tal-ħwawar kemm bil-Malti u anke bl-Ingliż.
Huwa tajjeb li kemm jista’ jkun nużaw il-lingwa tagħna. Taqblu?!
Hawn huma:
Ħabaq-Basil
Nagħniegħ-Mint
Sagħtar-Thyme
Merqtux-Marjoram
Tursin-Parsley
Riegnu-Oregano
Klin-Rosemary
Xibt-Dill
Salvja-Sage
Rand-Bay Leaves
Karfus-Celery
Strafun-Taragon
Kurrat Salvaġġ-Chives
Melissa-Lemon Balm
Tursin Ingliż-English Parsley

Ritratt: Ħwawar/ growingyourowngarden.co