Ġmiel ta’ dokument. Din hija t-talba tal-missierna miktuba b’Malti antik u bi traduzzjoni Russa. Iżjed minn hekk, il-missierna jidher li kienet tingħad xi ftit differenti mil-lum b’aktar kliem elaborat.
Dan id-dokument kien ippublikat fl-1800 f’San Pietruburgu fir-Russja minn Grigory Kraevsky li kien topografu Russu li żar Malta fl-1796. Kien mibgħut f’pajjiżna mit-tsar Pawlu l-ewwel biex jagħmel riċerka dwar kif l-Ordni stabiliet lilha nfisha f’pajjiżna.
Topografu huwa studju tal-karatteristiċi tal-art (land surfaces). Madanakollu, Kraevsky apparti studju topografiku, tqabbad jagħmel riċerka differenti min-natura tal-professjoni tiegħu (dwar l-Ordni). Iżda fil-ktieb tiegħu A short description of the island of Malta and the Order of St John, Grigory Krayevsky ta deskrizzjoni unika dwar Malta ta’ dak iż-żmien, inkluż fuq il-lingwa, tradizzjonijiet u l-ħajja ta’ kuljum.
Ritratt: It-Talba tal-Missierna c.1800/ Denis Maslennikov