Għaddielna dan il-ħsieb għaliex nemmnu fil-ġenwinità ta’ din il-mara li tant ħadmet waqt il-pandemija tal-Covid-19 u għadha għaddejja bla waqfien.
Lill-Profs. Charmaine Gauci forsi mhux ilkoll konna nafuha iżda issa żgur li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Hija s-Supretedent tas-saħħa pubblika bir-responsabbiltà li tiżviluppa u timplimenta strateġiji li jippromovu s-saħħa fost rwoli oħra.
Mhux faċli tkun f’pożizzjoni simili anke meta l-mument innifsu joħloq bosta kontroversji min jaqbel u min le dwar passi li jittieħdu. Iżda d-direzzjoni ta’ Charmaine Gauci jidher li ħalliet il-frott mixtieq.
Dan l-aħħar smajna wkoll li l-Kunsill Lokali tal-Mosta jixtieq jonoraha lil din il-mara b’Ġieħ il-Mosta. Issemma wkoll dan ir-rikonoxximent min-naħa tal-kunsilliera fis-Siġġiewi. Aħna min-naħa tagħna, semmejna l-elezzjoni, għaliex ikun ta’ unur li fil-politika Maltija jkollna nies bħal Charmaine li jmorru kontra kull kurrent għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi u wara kollox ta’ pajjiżna.
In-nies jagħmlu n-nazzjon u n-nazzjon jissawwar mill-fibra onestà tal-persuni li jgħixu fih! Malta jixirqilha l-aqwa nies fiż-żewġ partiti biex imexxu ‘il quddiem lil pajjiżna li lkoll inħobbu!
Ritratt: Facebook/ Charmaine Gauci