5 ta’ Ġunju 2020; data li ilna nistennew, aħna li għandna għal qalbna l-wirt storiku. Propju nhar il-Ġimgħa li ġej ser jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom il-mużewijiet u s-siti storiċi f’pajjiżna. Dan ser isir b’kawtela u b’numru ta’ miżuri li jridu jiġu segwiti mill-pubbliku u t-turisti li jżuruhom.
Il-Gvern ħareġ dokument li tista’ tarah hawn billi tidħol fuq din il-link dwar x’għandek tkun taf biex iżżur mużew jew post storiku f’pajjiżna:
F’kull mużew ser ikun hemm ‘sanitizers’ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Il-maskri huma obbligatorji li jintlibsu! Il-kuraturi, gwidi u ħaddiema tal-postijiet storiċi jistgħu jirrifjutaw lil dawk in-nies li jidhru m’humhiex f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
‘Audio guides’ ser ikunu jistgħu jintużaw ukoll basta jkunu ddiżinfettati qabel u wara kull darba li jintużaw!
Aġġornament: Madanakollu uffiċjal minn Heritage Malta għamel kuntatt magħna u saħaq li għalissa l-mużewijiet xorta ser jibqgħu magħluqin u jiftħu gradwalment minħabba diversi raġunijiet. Inżommukom aġġornati!