Saret opra tajba mal-arti fl-Isla fejn sar konservazzjoni u restawr ta’ 4 pitturi li jinsabu fis-Sagristija Maġġuri tal-Bażilika tal-Belt Senglea. Dawn huma xogħol il-pittur Rocco Buhagiar.
Ir-restawr sar mid-ditta Prevarti b’kollaborazzjoni fejn il-Fondazzjoni tal-Kottonera u l-‘Good Causes Fund’ kif ukoll minn benefatturi Sengleani stess.
Bis-saħħa ta’ ġesti bħal dawn, l-istorja u l-wirt artistiku ma jintilifx. Prosit tassew!
Filmat: Luke Farrugia