Kos hux?! Is-Sette Giugno hija ġrajja storika li ġrat 101 sena ilu. Mur għidilhom lil dawk in-nies kif se tinbidel Malta f’100 sena. U għax tgħid, biex niċċajtaw inħobbu ngħidu l-frażi ‘Mitt sena oħra ma nkunux hawn!” Mingħajr ma ġieli nirrealizzaw, dak li qed nagħmlu issa se jħalli mpatt fuq il-futur u fuq il-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu.
Il-politika għalkemm ikun hemm min jistmerra minħabba l-fanaċitiżmu li forsi ġġib magħha, hija bla dubju bżonnjuża għaliex permezz tagħha nazzjon jifforma u jiżviluppa.
Il-poplu Malti u Għawdxi ta’ 101 sena ilu, ma kienx għad kellu l-partit Laburista, Nazzjonalista jew xi partit ieħor. Kellu lil Malta bħala pajjiż quddiemu u ridulu l-ġid. Riedu li jibdew imexxu lil pajjiżhom wara li mill-bidu tal-umanità fuq wiċċ id-dinja, dawn il-gżejjer dejjem kienu maħkuma.
Kienu ilhom imdorrijin ikunu servili lejn min imexxiehom. Il-poplu ta’ żmien is-Sette Gigno kien dera jbaxxi rasu għall-kuruna Ngliża. Din il-ġrajja ma ġratx ċum pum imma kellha snin ta’ akkumulazzjoni ta’ frustrazzjoni f’wild Malta. Xebgħu jkunu trattati ta’ nies tat-tieni klassi. Bħal-lum fis-6 ta’ Ġunju 1919, il-poplu kien għaddej bil-preparamenti għall-ġurnata tas-7 ta’ Ġunju. Bħal f’kollox, kien hemm Maltin li ma ridux li jkollhom x’jaqsmu imma l-maġġoranza tal-poplu wera l-kuraġġ u daħal il-Belt bil-konsegwenza li 4 minn uliedu sfaw maqtula; Lorenzo Dyer, Ġużeppi Bajada, Manwel Attard u Carmelo Abela. Tnejn oħra sfaw feruti u mietu aktar tard.
Is-Sette Giugno kien il-bidu biex il-poplu jkollu rajh f’idejh… Minn wirtmalta.mt nsellmu lil missierijietna ta’ dak iż-żmien.
Ritratt: Culhat għall-Belt/ TVM.com.mt