Illum it-8 ta’ Ġunju 2020 jimmarka bidu ta’ ġimgħa ġdida għal pajjiżna fejn 3 ijiem ilu rajna t-tneħħija tal-miżuri li kienu mposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 għal 3 xhur sħaħ. Nistgħu ngħidu li pajjiżna mexa tajjeb waqt din l-imxija li affettwat lil kulħadd.
Iżda rridu ngħidu wkoll li din in-normalità li qed ngħixu hija differenti u rridu nitgħallmu ngħixu biha. Propju bħal-lum 3 xhur Malta tiċċelebra waħda mill-għeżeż festi tagħha; Jum il-Vitorja; imlaqqam hekk minħabba r-rebħ kontra t-Torok fl-Assedju l-Kbir tal-1565 u anke t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija meta tħabbar li l-qawwa Nazziżta ma kien baqa’ xejn ta’ saħħa fiha u d-dinja ħadet ir-ruħ, inkluż pajjiżna. Dan huwa primarjament il-jum li fih il-Knisja Kattolika għażlet bħala jum iċ-ċelebrazzjoni tat-twelid tal-Madonna.
Iżda kif qed tħossuh dan is-sajf bla festi? Żgur li s-sajf tal-2020 ser jitniżżel ukoll fl-istorja u ‘l quddiem għad jissemma dan il-mument fejn iċ-ċelebrazzjonijiet kulturali fuq barra u anke dawk fil-knisja ad unur il-padruni tal-ibliet u rħula Maltin, kien sar b’mod differenti. Bħal dejjem jinħolqu kontroversji. Mhux l-għan tagħna li nidħlu fihom.
L-għan tagħna huwa li jkun hawn kitba ta’ x’seħħ matul din is-sena; anke dwar il-festi li żgur mhux forsi huma parti importanti u integrali mill-wirt u l-kultura Maltija.
Ritratt: L-istatwa ta’ Marija Bambina tan-Naxxar/ Soċjetà Mużikali Peace Naxxar