Bil-Filmat: L-Ewwel Attakki Fuq Malta Mill-Italja Wara Li Mussolini Ddikjara Li Daħlu Fil-Gwerra

Kien propju bħal-lum 11 ta’ Ġunju tal-1940; eżatt 80 sena ilu meta Malta sfat attakkata għall-ewwel darba mill-ajru mill-qawwa Taljana f’dik li kienet faqqgħet bħala t-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-Filmat id-dittatur Taljan Benito Mussolini jidher jiddikjara li l-Italja daħlet fil-gwerra quddiem folol kbar ta’ nies li bdew jifirħu mal-kliem imqanqal li beda jgħid biex jgħolli l-moral…