Kien propju bħal-lum 11 ta’ Ġunju tal-1940; eżatt 80 sena ilu meta Malta sfat attakkata għall-ewwel darba mill-ajru mill-qawwa Taljana f’dik li kienet faqqgħet bħala t-Tieni Gwerra Dinjija.
Fil-Filmat id-dittatur Taljan Benito Mussolini jidher jiddikjara li l-Italja daħlet fil-gwerra quddiem folol kbar ta’ nies li bdew jifirħu mal-kliem imqanqal li beda jgħid biex jgħolli l-moral tagħhom fejn temm jgħid li l-Italja ser tistenna Vittorja u xejn iżjed.
Minn hemm bdiet storja mdemmija li minħabba fiha sofrew ħafna nies fosthom nies bla ħtija; 6 miljun Lhudi/Lhudija li ġew maqtula bl-aktar mod makabru li qatt smajna fl-istorja tal-umanità; fil-kampijiet tal-konċentrament kif ukoll uħud b’tiri sparati diretti fuqhom mill-qawwa Nazzista mmexxija mid-dittatur Hitler.
Il-poplu Malta sofra b’mod awtomatiku minħabba li pajjiżna kien kolonja Ingliża. Bosta tilfu ħajjithom kif ukoll postijiet sfaw ibbumbardjati. Tlifna ħafna wirt storiku wkoll. Il-poplu tagħna kien tilef l-ispirtu u moralment safa mkisser. Kien hawn l-għaks u l-ġuħ.
Ritratt: Benito Mussolini/ Brittanica.com
very interesting thank you
Thank you Ms. Harvey