Għaliex Il-Malti Jgerger?

Aħna poplu ferrieħi, ċelebrattiv, ċajtier, altruwist… u l-aġġettivi sbieħ ma jieqfux. Imma aħna wkoll poplu żbukkat, xi ftit polemikuż u li ngergru wkoll. Hija normali għaliex wara kollox, għalhekk fil-bniedem hemm dawk il-burdati biex ikunu espressi fil-ħajja tagħna. Iżda għaliex fuq mument ta’ ferħ ġieli rridu nikkritikaw? Għaliex ngħiru meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa…