Ilbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Malta m’għadiex tinsab f’emerġenza ta’ saħħa pubblika. Dan filwaqt li saħaq dwar il-ħtieġa li wieħed ma jibqax jiġi mbeżża’ meta r-rata ta’ każijiet jidher li s’issa qiegħda f’sitwazzjoni stabbli.
U f’bosta lokalitajiet issa qorbot il-festa. Hemm min qed jgħid li għandhom jinbidlu r-restrizzjonijiet fuq il-festi u jsiru. Hemm min jgħid li mhux sew għal dawk li ma sarux. Bħal f’kull ħaġa; mitt bniedem, mitt fehma.
Ilbieraħ fil-Każin Banda San Filep kien hemm festeġġjamenti mill-isbaħ. Taħsbu li issa wasal il-mument ukoll biex il-festi jerġgħu jingħataw il-permess li jiġu ċċelebrati kif aħna mdorrijin bihom u li tant nistennew bi ħġarna minn sena għall-oħra?!
Ritratt: Marċ Tal-Karmnu fiż-Żurrieq/ Gazzetta LLUM