Jissejjaħ Is-Solstizju tas-Sajf. Huwa fenomenu pre-istoriku. Mat-tlugħ ix-xemx fl-ewwel jum tas-Sajf, jiġifieri fil-21 ta’ Ġunju, l-ewwel raġġi li jitilgħu jimmarkaw raġġi f’linja perfetta lluminata mix-xemx fuq il-ħaġar megalitiku.
Għalkemm mhux magħruf dan sarx b’mod intenzjonat, aktarx li huwa hekk, tant kemm hemm preċiżjoni f’dak li jiġri. Donnu arloġġ li jimmarka l-bidla tal-istaġuni. Fenomenu li jiġri 4 darbiet fis-sena ma’ kull bidu ta’ kull staġun; darbtejn ikun hemm solstizju u darbtejn ekwinozju. Dan aktarx sar biex in-nies ta’ żmien il-pre-istorja jkunu jafu meta għandhom jkabbru ċerti prodotti.
Ritratt: Il-linji oranġjo juru l-ekwinozju u s-solstizji fl-istaġuni rispettivi
Heritage Malta din is-sena, hekk kif bdew jitneħħew il-miżuri relatati ma’ Covid-19 se toffri opportunità lill-pubbliku li jara dawn ir-raġġi tax-xemx fit-tempji tal-Imnajdra li jinsabu fil-Qrendi nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju. Titilfux din l-esperjenza jekk qatt ma rajtuha!
Ritratt: L-Imnajdra/ Locanda La Gelsomina
allura kif qed tghidu li ha ssir fl-20 ta gunju meta anke fuq il-mappa u fir-realta ha tigri fil-21 ta gunju?
Għaliex ir-raġġ ikun qawwi biżżejjed li jidher fl-20 ta’ Ġunju wkoll.