Il-kelma Kwaranturi ġejja mit-Taljan Quarant’ore li tirreferi għall-40 siegħa ta’ espożizzjoni tas-Sagrament b’adorazzjoni ma taqtax.
L-intenzjoni tagħhom huma li dawn l-40 siegħa jfakkru l-40 siegħa li l-ġisem ta’ Kristu dam fil-qabar qabel ma rxoxta mill-mewt. Għalhekk it-tifsira tagħhom hija kemm devozzjonali kif ukoll teoloġika.
Il-knejjes fit-tradizzjoni jkunu miftuħin anke matul illejl fejn anke jintrama l-artal maġġur b’mod speċjali. F’numru ta’ parroċċi tintrama wkoll dik li tissejjaħ il-Ġilandra; l-imkejjen fejn jitpoġġa s-Sagrament u li jkollha dekorazzjoni elaborata bil-fidda jew materjal rikk ieħor.
Ovvjament din is-sena minħabba l-Covid-19, kien hemm tibdil.
Il-Kwaranturi jsiru bejn id-19 u l-21 ta’ Ġunju. (Iżda hemm postijiet fejn isiru f’dati differenti matul is-sena)
Ritratt Prinċipali: Il-Ġilandra armata għall-kwaranturi fuq l-artal maġġur tal-Kolleġġjata ta’ Bormla/ Grupp Voluntiera tas-Santwarju u Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata f’Bormla
.