Dalgħodu tħabbret żieda fil-multi għal min jarmi skart fil-kampanja u widien. Aħbar tajba għal min għandu għal qalbu l-ambjent, u għandha tkun aħbar tajba għalina lkoll għaliex wara kollox, il-ħmieġ, ħmieġ iġib.
F’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħha, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li hija wkoll responsabbli mill-maġġoranza tal-widien, sostniet li f’5 snin, inġabru mal-43,007 tunnellata ta’ skart mill-widien u postijiet pubbliċi f’pajjiżna.
Il-Ministru Farrugia Portelli tenniet li d-dipartiment tal-Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division, se jkun qed jinstalla wkoll aktar CCTV cameras f’żoni l-aktar milquta.
J’Alla nitgħallmu u nikbru fl-attitudni tagħna lejn l-ambjent ta’ madwarna, li wara kollox jirrifletti fuqna wkoll. Barra huwa darna! Nibżgħu għall-ambjent! Prosit Ministru!
Ritratt: Julia Farrugia Portelli/ Facebook