Kwadru li jiġbed ħafna ammirazzjoni u devozzjoni lejh. Qala’ ħafna grazzji u ħafna Maltin u Għawdxin u saħansitra nies barranin li jżuru pajjiżna, jitolbu quddiemu. Qed nirreferu għall-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb Għawdex.
Ftit ilu tlesta mir-restawr mill-kumpanija Atelier del Restauro taħt id-direzzjoni tal-id abbli Valentina Lupo li sostniet li qabel ma beda r-restawr, sar 3 snin ta’ studju fuqu fejn anke nstab li kien hemm bosta saffi ta’ verniċ fuqu.
Qalet ukoll li dan il-kwadru għadda minn bosta interventi ta’ restawr li sfortunatament ma humhiex dokumentati ħlief intervent li kien sar minn Carmelo Bonello fl-1933, qabel l-inkurunazzjoni.
Ir-restawr sar minn Valentina Lupo flimkien ma’ Maria Grazia Zenzani.
Il-kwadru kien oriġinarjament tpitter minn Amadeo Perugino fuq 3 tili meħjuta waħda mal-oħra.
Meta l-Papa Benedittu CVI żar pajjiżna fl-2010, appella lill-poplu Malti u Għawdex biex isejjaħ lill-Madonna ta’ Pinu; Sultana tal-Familja.
Valentina Lupo f’isem il-kumpanija Atelier del Restauro rringrazzjat lill-Isqof Mario Grech li stinka għal din l-inizjattiva, lid-Djoċesi t’Għawdex kif ukoll lir-Rettur tas-Santwarju Dun Gerald Buhagiar. Prosit tassew!
Ritratt: Madonna ta’ Pinu/ Atelier del Restauro