Mużika li tpaxxi l-widna. Din hija l-wirja li taw Laetitia Troisi De Menville u Jacob Portelli permezz tal-arpa lbieraħ f’Jum it-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista.
Il-mużika li ndaqqet kienet Laudate Dominum ta’ W.A Mozart, The Arrival of the Queen of Sheba u Zadok the Priest ta’ George Frideric Handel.
Din ix-xandira saret possibbli permezz tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann
Ritratt: Is-saqaf tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann impitter minn Mattia Preti li juri xeni mill-ħajja ta’ San Ġwann il-Battista/ St John’s Co-Cathedral