Just Noise huwa l-film il-ġdid li se jkun qed jintwera aktar ‘il quddiem dwar il-ġlieda tal-Maltin għall-Indipendenza mill-Ingilterra li tista’ tgħid bdiet fl-1919 permezz tal-irvellijiet tas-Sette Giugno.
Inġibed f’Malta u fih jieħdu sehem atturi kemm lokali bħal Godwin Scerri u Marc Cabourdin u oħrajn bħal Benedick Blight, Ian Virgo u saħansitra Harvey Keitel (innominat għal Academy Award) u Malcolm McDowell (innominati għall-Golden Globe).
Ritratt: Waqt filming ta’ ‘Just Noise’/ MyMAC Magazine
Dan it-trailer ġie ppubblikat mill-Malta Film Commission li hija mmexxija minn Johann Grech (Kummissarju tal-films) li tenna li Malta ser tkompli tattira aktar films kbar wara l-Covid-19. Fil-fatt il-film ‘Just Noise’ kien issapportjat mill-Malta Film Fund u bbenefika wkoll mill-programm ta’ ‘cash rebate’.
Ritratt: Just Noise/ Malta Film Commission