Hekk kif is-suċċess li kiseb Neil Agius li għam minn Ragusa fi Sqallija lejn Malta fi ftit aktar minn 28 siegħa, għadu jidwi, ħsibna wkoll f’għawwiem ieħor leġġendarju Malti; Turu Rizzo. Tant kien famuż li saret ukoll ċajta li meta t-tfal kienu jibdew jitgħallmu jgħumu, il-ġenituri kienu jgħidulhom ‘ejja diġà qisek Turu Rizzo!
Turu Rizzo kien għam bejn Malta u Għawdex fi 11-il siegħa fid-19 ta’ Settembru tal-1926. Imbagħad f’Settembru tal-1929 kien għamel 68 siegħa u 18-il minuta fil-baħar.
Interessanti l-fatt li Rizzo wkoll kien prova jgħum bejn Sqallija u Malta f’Awissu tal-1933 imma din l-għawma kellha tintemm wara 24 siegħa u 34 kilometru hekk kif inqalgħet maltempata.
Ritratt: Facebook/ The National Archives of Malta