Qatt kontu tafu kemm insibu qdumijiet fin-Naxxar? Fuq il-paġna tal-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari ttellgħet informazzjoni interessanti li ħsibna li huwa tajjeb naqsmuha magħkom il-qarrejja tagħna.
Qdumijiet hija kelma li tirreferi għall-wirt, fdalijiet, evidenzi passati antiki ħafna. Fil-fatt, għal dawk li huma qdumijiet preistoriċi fin-Naxxar inisbu bil-bosta. Hemm it-tempju Neolitiku tal-Qadi fin-naħa ta’ Burmarrad fejn instabet il-ġebla famuża b’sinjali astronomiċi.
Hemm ukoll bosta raddi (cart-ruts) fin-naħa tat-telgħa ta’ Alla u Ommu li jitilgħu mill-wied għal fuq l-għolha tan-Naxxar u jibqgħu sejrin sal-Mosta fin-naħa tal-Wej. Hemmhekk instabu wkoll oqbra Puniċi.
Fin-Naxxar ukoll instabu bosta oqbra Puniċi f’diversi nħawi fosthom fi Triq San Ġorġ waqt il-bini tal-iskola primarja u ħdejn iċ-ċimiterju.
Interessanti wkoll li nstabu oqbra ġo barrieri Rumani li sfortunatament tgħattew bir-radam tal-miżbla. Fis-Salina wkoll li tifforma parti min-Naxxar, wieħed isib oqbra Paleo-Kristjani bil-mejda magħrufa bħala l-‘Agape‘ u anke oqbra oħra mill-isbaħ.
Din l-informazzjoni ngħatat fis-sit tal-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari mill-istoriku Pawlu Catania.
Ritratt: L-oqbra Paleokristjani li hemm fis-Salina/ Għaqda Kulturali Wirt Naxxari
Very interesting I live in Australia but I am from Naxxar I went to primary school there and high school at lily of the Valley Mosta But I still like reading stuff like this When we were at school and they discover an old ancient site with pottery stuff My older sister would takes there When they started building houses behind the Naxxar schools.
nice to hear so Dolores. Hope you will enjoy our site