Illum huwa jum li tista’ ssejjaħlu storiku għal pajjiżna fejn reġa’ fetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta biex jilqa’ l-ewwel turisti li se jżuruna.
Dan wara 3 xhur magħluq minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet id-dinja kollha. Żgur li kien żmien diffiċli u li mhux se ninsewh qatt.
Pajjiżna ħadem b’għaqal kbir biex inaqqas it-tixrid tal-Covid-19 fostna fejn bħalissa għandna 21 każ attiv, b’640 fejqan.
Pajjiżna jiddependi ħafna mit-turiżmu. L-ekonomija tagħna minn dejjem fuq hekk kienet ibbażata. Illum fid-9:45, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ser ikunu preżenti għall-ftuħ mill-ġdid tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Illejla fit-20.30 pajjiżna se joffri spettaklu ta’ nar tal-ajru minn bosta kmamar tan-nar f’pajjiżna. Titilfuħx!
J’Alla naraw il-frott minn dan il-pass. Sadanittant nawguraw żmien aħjar għall-poplu kollu Malti u Għawdxi!
Ritratt: Malta International Airport