Għalina Heritage Malta ħaqqhom kull tifħir. Dejjem għaddejjin bil-ħidma tagħhom kemm f’dik li hija kura tal-wirt li għandna, kif ukoll f’dik li hija ħolqien ta’ metodi ġodda kif il-pubbliku jista’ jitgħallem aktar u jiskopri pajjiżna x’joffri.
B’tim eċċezzjonali ta’ bugħaddasa lokali u internazzjonali, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, ittieħdu filmati u ritratti ta’ dak kollu li l-ibħra ta’ pajjiżna jilqgħu fihom. Siti arkeoloġiċi li impossibbli tarahom, aħseb u ara tgawdiehom jekk ma tinżilx f’qiegħ il-baħar, issa għandek l-opportunità tarahom ukoll.
Idħlu hawn biex tgawdu minn dan il-proġett: https://underwatermalta.org/
Ritratt: Aircraft tat-Tieni Gwerra Dinjija f’qiegħ l-ibħra Maltin (Junker JU88)/ Heritage Malta