Iltqajna ma’ Joseph Agius li qalbu qiegħda fix-xogħol professjonali li jagħmel fir-razzett li jaħdem fih li għandu ħafna snin, tant li kien tal-bużnanniet tiegħu. Illum huwa razzett tan-nagħaġ; bil-proċess mill-bidu sal-aħħar fejn jipproduċu bosta prodotti bnini u mfittxija. Jipproduċu l-ġbejna tradizzjonali Maltija; tal-bżar u l-bojod, ħlewwiet bħal kannoli u ġelat u anke pastizzi u qassatat.
‘Tal-Karmnu Farm’ huwa kunċett ġdid promoss mill-Ewropa bħala ‘Short Supply Chain’ fejn il-prodott hu manifatturat dirett mill-post fejn qed jinbiegħ. Il-prodott huwa mibjugħ fi ftit siegħat minn mindu l-annimali jkunu pproduċew il-ħalib. B’hekk wieħed qed jassigura traċċabilità tal-prodott, tisħiħ tal-kwalità u inqas riżorsi meħtieġa biex isir u jinbiegħ il-prodott, li hija xi ħaġa tajba għall-ambjent.
Il-ġelat huwa mfittex ħafna; b’bosta għażliet ta’ togħmiet differenti. Prodotti bninha li jinżlu tajjeb mal-Maltin u anke mat-turisti li jżuruh.
Żuru https://www.facebook.com/tkf.mt/ għal aktar informazzjoni.
(Nota: Artiklu b’kollaborazzjoni. Jekk tixtieq tikkollabora magħna, kellimna fuq [email protected])