Innutajna post ħelwa fil-paġna Providenza b’kollaborazzjoni ma’ Gianluca Grech li tqanqal interess f’ħafna.
F’din il-paġna ntqal li dawk is-slaleb minquxa mill-ġebla mal-ħajt fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun kienu saru għal skop importanti.
Din il-knisja nbniet f’nofs is-sekla 19. Dahar ma’ dahar ma’ dawn is-slaleb, kien hemm l-artali mqaddsa. Dawn is-slaleb jindikaw li dak il-ħajt huwa sagru u minn kien jgħaddi minn quddiemhom, kien jiftakar li warajhom hemm artal imqaddes… b’hekk jitolbu u jikkontemplaw.
Hemm min jgħid ukoll, li dawk li kienu lliterati u ma jafux jaqraw, din it-triq bdew isejħulha t-triq tas-slaleb.
Xi ġmiel hux! Kemm hu tajjeb li jinkitbu dawn il-punti ħelwin anke min-nies tal-lokal (oral history) ħalli l-istorja tinfirex u lkoll nitgħallmu flimkien.