Hekk hi l-kelma li tgħid meta tirreferi għal din il-ġrajja storika. Malli l-Forti Sant’Iermu spiċċa ntilef fit-23 ta’ Ġunju tal-1565 u waqa’ f’idejn it-Torok, l-Ottomani qabdu u qatlu lil dawk li kien baqa’ ħajjin; sammruhom mat-tavli u fallakki tal-injam u bagħtuhom lejn in-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir.
Dan għamluh biex jiddimoralizzaw lill-Maltin u lill-Ordni. Imma l-Maltin u l-Kavallieri taħt it-tmexxija tal-Granmastru Jean de Vallette ma qagħdux jintimidaw ruħhom. Għamlu l-istess anzi agħar.
Il-Granmastru ordna l-qtugħ ir-ras tal-priġunieri Ottomani u dawn kienu sparati mill-Forti Sant’Anġlu lejn il-Forti Sant’Iermu.
Ritratt: Fort St. Angelo – Heritage Malta