Bil-Filmat: Għal Bosta Snin Għawdex Kienet il-Gżira Fejn Kienu Jitkeċċew Kavallieri Imqarbin…

Sewwa smajtu. Każi kien hemm bil-qabda. Iżda wieħed minnhom kien dak ta’ Fra Pietro Meglia; kavallier Taljan li fl-1539 kien weħel 6 xhur ħabs fiċ-Ċittadella f’Għawdex għaliex dan fettillu jagħmel sellum filgħaxija u jitla’ fid-dormitorju tas-sorijiet. Immaġinaw xi skandlu kien dak iż-żmien! Anke Jean De Vallette nnifsu kien ħabsi fiċ-Ċittadella t’Għawdex. Kellu 44 sena. Skont…