Sewwa smajtu. Każi kien hemm bil-qabda. Iżda wieħed minnhom kien dak ta’ Fra Pietro Meglia; kavallier Taljan li fl-1539 kien weħel 6 xhur ħabs fiċ-Ċittadella f’Għawdex għaliex dan fettillu jagħmel sellum filgħaxija u jitla’ fid-dormitorju tas-sorijiet. Immaġinaw xi skandlu kien dak iż-żmien!
Anke Jean De Vallette nnifsu kien ħabsi fiċ-Ċittadella t’Għawdex. Kellu 44 sena. Skont dokumenti eżistenti, għalkemm m’hemmx tagħrif biżżejjed dwar x’kien seta’ wettaq, hemm miktub li kien għamel ‘maximo scandalo’ lill-Ordni.
Kontu tafu li l-patrijott Malti Agius de Soldanis kien propju jismu Francesco Agius Sultana? Araw il-filmat minn Liam Gauci u skopru dan u aktar tagħrif interessanti.
Ritratt: Ħabsin fiċ-Ċittadella/ www.visitgozo.com