Wieħed minnhom huwa Nathaniel Gauci, li ddeċidew li jibdew jitgħallmu t-tradizzjoni antika u marbuta l-aktar mal-gżira Għawdxija, dik taċ-Ċombini. Tista’ tgħid li din is-sengħa majnat xi ftit mhux ħażin.
Hemm diversi daqsijiet ta’ ċombini skont ix-xogħol. Wieħed jorbot il-ħajt maċ-ċombini u wara jintrama t-trajbu; jew imħadda kif inhi magħrufa f’Għawdex. Hemm trajbu li jintuża wieqaf jew inkella fuq riġla, li m’għadhiex tintuża.
Dari, fuq it-trajbu mħadda kienu jaħdmu bizzilel għall-ilbies tas-saċerdoti, iżda biż-żmien sar eħfef u idjaq. Il-ħajt li kien jintuża f’din is-sengħa mill-isbaħ, kien l-għażel. Iċ-ċombini li kienu jkunu magħmula minn injam solidu.
Biex iġebbdu (għaliex dik hija l-kelma li tintuża f’din is-sengħa) il-ħajt fuq iċ-ċombini, kien ikollhom rota fuq tilar żgħir u post fejn jitqiegħdu ċ-ċombini u l-ħajt kien jitgerbeb fuqhom. Din kienet tissejjaħ ir-raddiena taċ-ċombini.
Nathaniel flimkien ma’ sħabu qed jitħarreġ din is-sengħa bġala suġġett extra-kurikulari bl-isem ta’ Education Unplugged. L-għalliema tagħhom hija Annemaria Gatt, li għandha passjoni kbira għall-ħadma tal-bizzilla.
Nieħdu gost naraw żgħażagħ bħal Nathaniel li jagħmlu pass bħal dan. Wara kollox għaliex għandna nibqgħu ngħidu li din hija sengħa tan-nisa jew tal-irġiel. Pjuttost għandna nneħħu l-isterjotipi u nifirħu bil-kbir meta naraw li hawn min jinteressaħ l-istil tas-snajja passati.
Prosit lilek Nathaniel u lil sħabek fl-iskola ta’ St. Albert The Great College li ħadtu din l-inizjattiva meraviljuża!
Ritratt: Nathaniel Gauci jaħdem il-bizzilla/ TVM