Issa tistgħu tgawdu minn mużew virtwali f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Post li jmur lura għas-seklu 16. Intuża bħala Sptar tal-Mediterran u kien magħruf bħala s-Sacra Infermeria.
Fuq ordni tal-Granmastru Jean de la Cassiere, din il-binja hija ġawhra u li llum tintuża għal bosta funzjonijiet diversi fosthom konferenzi u laqgħat internazzjonali; insemmu l-Valletta Summit, ic-CHOGM u bost spettakli li jaf joffri pajjiżna.
Min-nhar it-Tnejn li ġej, dan il-proġett tistgħu żżuruh bla ħlas sal-aħħar ta’ Awissu. Ser taraw xeni storiċi u tkunu tistgħu tgħixu mill-ġdid l-istorja ta’ pajjiżna. Dan tħabbar mill-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli.
Prosit tassew għal din l-inizjattiva!
Ritratt: Esperjenza virtwali f’Dar il-Mediterran/ Net News