Illum pajjiżna jiċċelebra ġimgħa sħiħa mingħajr ebda każ ġdid ta’ Covid-19. Hekk tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-saħħa Chris Fearne fuq il-paġna tal-facebook tiegħu. Din hi l-ewwel darba minn meta feġġet il-pandemija f’pajjiżna li għalaqna ġimgħa sħiħa bla ebda każ ġdid!
F’pajjiżna sa issa fiequ 661 minn total ta’ 674. Każi attivi nsibu biss 4. Dan kollu kien dovut b’ħidma kbira mill-Gvern Malti flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa u l-pubbliku inġenerali li obda r-regoli u l-istruzzjonijiet.
Prosit tassew. Viva Malta!
Ritratt: Facebook/ Chris Fearne