Sir Walter Norris Congreve serva bħala Gvernatur ta’ Malta bejn l-1924 u l-1927. Hu stess kien talab li wara mewtu jkun midfun bejn il-kosta u Filfla u hekk sar. Dan il-kanal (imkejjen bejn l-artijiet; Malta u Filfla) tlaqqam ‘il-kanal ta’ Congreve.’
Illum wieħed jista’ jara monument ta’ tifkira tiegħu li jinsab bejn it-Torri tal-Ħamrija u t-tempji Pre-istoriċi tal-Imnajdra. Dan huwa bħal mafkar imwaqqaf li fil-fatt, fir-ritratt jidher mgħotti bil-bandiera Ingliża meta saret iċ-ċerimonja tiegħu.
Congreve kien serva wkoll bħala Uffiċjali Ġenerali tal-korpi fl-1918 fejn imbagħad tela’ għall-grad ta’ Ġeneral u kellu f’idejh ir-responsabbiltà tal-espedizzjoni tal-forzi fl-Eġittu bejn l-1919 u l-1923
Kellu mħabba partikolari għal Malta, imma l-iżjed għall-baħar ta’ pajjiżna.
Ritratt: Il-Kxif tal-monument ta’ tifkira ta’ Sir Walter Norris Congreve/ Arkivji Nazzjonali ta’ Malta