Hija l-kappella ta’ San Ġwann tal-Għargħar f’ San Ġwann. Kien hemm żmien li kienet tintuża għat-tagħlim tad-Duttrina Nisranija fis-snin 80 u anke 90.
Il-kappella kellha wkoll it-titular li huwa l-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann, li llum jinsab fil-kunvent tal-Kappuċċini f’San Ġwann stess. Huwa kwadru b’ forma vertikali u l-awtur tiegħu mhux magħruf. X’aktarx li sar fis-sekla 17. Wieħed josserva similarità mal-kwadru ta’ Caravaggio fl-oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.


Ritratt: It-titular/ Kappelli Malti (fb)
Din il-kappella, dari kienet taghmel parti mit-territorju vast li kellha Birkirkara. Aktard tard wara l-bini ta’ din il-kappella, kien hemm l-ewwel knisja ddedikata lil Sant’ Elena fil-gżejjer Maltin, f’post magħruf bħalha Ta’ Ċieda.
Restawr riċenti kien sar fl-2016 mid-Direttorat tar-restawr fejn tneħħa kisi bis-siment u ngħatat il-kura meħtieġa fejn kien hemm il-ħsara. Dan ir-restawr kien sar taħt l-osservazzjoni tas-Superintendenza tal-Wirt Kulturali.
Tajjeb inkunu nafu wkoll, li kienet propju din il-kappella li tat l-isem lil-lokalità kif inhi msejħa llum: San Ġwann.
Ritratt: Il-Kappella ta’ San Ġwann/ Kappelli Maltin (FB)