Smajna dwarha dawn il-jiem. Inxtrat ittra għas-somma ta’ €60,000 minn fondi nazzjonali u bħalissa tinsab fi triqtha lejn Malta.
Liam Gauci (il-kuratur tal-Mużew Marittimu) qal li f’din l-ittra, nosservaw l-istil militari ta’ Napuljun Bonaparti qabel il-kampanja tiegħu fl-Eġittu.
Ftit sfond storiku: Matul it-tmexxija ta’ Malta mill-Ordni ta’ San Ġwann, kien hemm bħal għidut li malli l-Ordni jkollha Granmastru Ġermaniż jew b’demm minn pajjiż viċini bħall-Awtrija, l-Ordni tibda tmajna. U oħroġ il-għaġeb hekk ġara. Ferdinand Von Hompesch kellu żmien iebes. F’Malta, il-poplu kien beda jiddejjaq mill-ħakma tal-Ordni.
Kien hawn il-grupp/partit tal-‘Jacobins‘, bil-Malti: Ġakbini li ħadmu kemm felħu biex iġibu lill-Franċiżi f’Malta. Wieħed minnhom kien Mikiel Anton Vassalli.
Napuljun lagħab logħba minn tiegħu. Waqt li kien fi triqtu lejn l-Eġittu, għadda minn Malta u talab biex jieħu l-ilma. Dak iż-żmien kien hawn liġi li ma tista titħalla tidħol b’aktar minn 2 bastimenti kull darba. Imma Napuljun rah insult u qallu li ma kienitx loġika. Il-Granmastru Hompesch aċċetta mill-ewwel bla ebda diskussjonijiet. Ħafna Kavallieri rrabjaw għax qalu li ma sar xejn biżżejjed biex Malta ma taqax għand il-Franċiżi. L-iffirmar li Malta tgħaddi għand il-Franċiżi sar fuq ix-xini L’Orient.
Ritratt: Id-dħul tal-Franċiżi pulit pulit fit-territorju Malti bl-iskuża li riedu l-ilma/ Astrid Vella