Ilbieraħ ittella’ t-tielet avveniment tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba fejn apparti l-wirjiet tradizzjoni mill-bravissimi u tant kapaċi Maltin, kien hemm ukoll żewġ spettakli oħra ta piroteknika
sikronizata mal-mużika mill-Ukraina u mill-Italja.
Saru wkoll sett ta’ 3 spettakli ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika fix- Xagħra, Għawdex u 2 spettakli oħra ta’ piroteknika sikronizata mal-mużika, nhar it-Tnejn li għadda 27 ta’ Lulju fl-Imqabba wkoll.
Issa jmiss li ssir il-premjazzjoni tar-rebbieħa li se ssir nhar il-Ġimgħa 7 ta ’Awissu fix-xatt ta Liesse, il-Belt Valletta. Is-serata paxxiet lil dawk preżenti; kemm lokali u anke għadd ta’ turisti li attendew.
Dan kolu kien possibbli u organizzat tant tajjeb mill-Ministeru tat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur u l-
Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli kienet preżenti għal din l-okkażjoni fejn uriet l-apprezzament tagħha għal din l-arti.
Ritratt: Festival Internazzjonali ta’ Malta tal-Logħob tan-Nar 2020