Mhux se jinħarġu akar permessi għall-marċi tal-festi! Dan tħabbar ftit tal-minuti ilu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza li għadha għaddejja bħalissa, dwar is-sitwazzjoni attwali ta’ Covid-19.
Fakkar ukoll li ser ikun hemm ‘standards’ ġodda fosthom li minn għada fit-8.00, f’kull avveniment in-numru ta’ nies irid ikun limitati skont id-daqs tal-venue li fiha ssir l-attività. Il-formola li se tintuża hi li ma jistax ikun hemm aktar minn persuna waħda għal kull 4 metri kwadri.
Ritratt: Mill-festa ta’ Santa Marija fil-Mosta/ Bay.com.mt (Bl-ebda mod mhu nimplikaw festa jew mhux oħra. Intuża ritratt li juri l-festa Maltija. M’hemm l-ebda nuqqas jew inkella favur il-festa tal-Mosta. Dan qed jinkiteb ‘a fini’ ta’ kjarifikazzjoni)