X’jiġifieri tarmi barra? Mela barra l-miżbla tiegħek?! Kif ma tgħajjewx taraw il-ħmieġ madwarkom? Imxejna ‘il quddiem imma fadal triq twila… u dawk il-ftit li fadal itappnu l-progress ta’ ħafna.
Mela llum temmen li għadek issib nies jarmulek ‘fridge’ ġol-baħar? Jew skart bl-addoċċ bħal donnu ma jifilħux iċemplu kunsill u jieħdu paċenzja jistennew sakemm jiġu jiġbrulhom l-iskart goff B’XEJN!!!
Dan huwa disprezz lejkom innfuskom u lejn uliedkom u l-ġenerazzjonijiet futuri!
Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella kkumenta dwar rimi ta’ skart li reġa’ sar fil-Mellieħa avolja żdiedu l-multi. Issuġerixxa li mal-multi, jiżdiedu wkoll ammont ta’ sigħat f’ħidma komunitarja.
Aħna naqblu miegħek totalment u f’każi bħal dan, naspiraw u nistennew il-mument li jinqabdu dawn in-nies u jħallsu ta’ għemilhom!!!
Ritratt: Dario Vella