Is-sitwazzjoni attwali hija dik li hi. M’hemm xejn x’wieħed jinnega. Imma għaliex irridu naqbdu ritmu ta’ kitbiet fuq facebook u nkomplu nżidu t-tensjoni bħal donnu qed itina gost?
F’daqqa waħda nsejna kemm hija importanti s-saħħa mentali. Nirrealizzaw kemm hawn nies jibżgħu u jippannikkjaw filwaqt li joħolqu stress f’moħħhom għaliex ikunu inċerti?
M’aħna ngħidu la favur u anqas kontra, fuq persuni jew oħra, jew inkella b’mod politiku. Dan huwa mument li rridu nieħdu ħsieb xulxin imma mhux ngħassru lil xulxin u minn jum qabel, nibdew qisna ntellgħu t-tombla. Is-sitwazzjoni diġà minnha nfisha hija tqila… għaliex nagħmluha iżjed aħna b’idejna?
Ejja nieħdu ħsieb xulxin tassew! Sadanittant, ħudu ħsieb! Aħna lkoll Maltin, int ta’ liema kulur int!