Charles Spiteri minn Għajnsielem illum ingħata l-ogħla unur mill-Knisja Kattolika; unur direttament ġej minn Papa Franġisku li jissejjaħ Pro Ecclesia et Pontifice.
Dan jingħata lil dawk il-persuni li jagħmlu ġid lill-knisja kattolika fid-diversi modi tal-ħajja. Fil-każ ta’ Charles Spiteri, ilu ħajtu jikteb ġurnaliżmu b’relazzjoni mal-Knisja f’Għawdex; djoċesi żgħira iżda li twettaq ħafna ġid.
Dan kien rikonoxxut u llum l-unur ingħata mill-Isqof Mario Grech f’isem il-Papa Franġisku. Awguri Carles Spiteri.
Ritratt Prinċipali: L-għotja taċ-ċertifikat u l-insignia/ Lelio Spiteri