Iva hekk hu, l-ewwel bolla li kellha l-kolla fuq wara ħarġet fl-Ingilterra fl-1840 u kienet magħrufa bħala l-‘Penny Black‘. Ovvjament bolla meta tinuża tkun ittimbrata u l-ewwel timbru li ntuża fuq il-bolli (ġieli jissejħu wkoll bolol) fl-Ingilterra, kien is-Salib ta’ Malta bil-linka ħamra.
Is-Salib ma kienx sar ippuntat kif nafuh imma ngħata forma aktar fit-tond.
Dawk in-nies li jġemmgħu l-bolol jisseħju filatelisti. Qabel kien passatemp popolari mmens li llum il-ġurnata tilef ftit il-popolarità tiegħu. Dawk li kienu jġemmgħu fil-passat, maż-żmien irrealizzaw li dawn il-bolol ġew jiswew ħafna; kemm fil-valur u anke fil-flus.
Interessanti hux?!
Ritratt: Il-Penny Black bis-salib ta’ Malta bil-linka ħamra/ hipstamp.com