Mingħajr ma wieħed jew waħda jallarma ruħu, ilkoll nafu x’inhi s-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19. Dan huwa mument fejn ningħaqdu bħala nazzjon u nneħħu l-għamad politiku kontra xulxin. Dan huwa mument li jekk se nbatu se jbati kulħadd, jekk se ngawdu ser igawdi kulħadd. Is-sitwazzjoni hi hemm għal kulħadd u ma tarax la kuluri u qas differenzi oħra.
Ejja nimmaturaw ħalli nerġgħu noħorġu minn dan il-mument flimkien. Illum waqt konferenza tal-aħbarijiet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tħabbru miżuri ġodda biex tkompli tkun ikkontrollata l-imxija f’pajjiżna.
Min-nhar l-Erbgħa li ġej 19 ta’ Awissu, mit-8.00 il-klabbs, ‘nightclubs’ u diskoteki ser jingħalqu. Bars u każini wkoll ser jingħalqu ħlief dawk li magħhom hemm ir-ristoranti. Tħabbar ukoll li ser jitwaqqfu l-‘boat parties’. L-ibies tal-maskra huwa prijorità kif ukoll id-distanza soċjali.
Gruppi ta’ aktar minn 15-il ruħ daqshekk huma permessibbli.
Sadanittant,it-tiġijiet jridu jsiru f’format bilqiegħda bi mwejjed ta’ 8 persuni fejn l-ikel u x-xorb irid ikun servut fuq l-imwejjed.
Inħeġġukom tobdu r-regoli u tafdaw fl-awtoritajiet tas-saħħa. Spekulazzjonijiet żejda u lotteriji fuq il-midja soċjali f’dan il-mument ma jagħmlux ġid. Ejjew ningħaqdu flimkien u ngħinu lil xulxin!
Ritratt: www.bdo.com.mt