L-għajta tal-poplu hija ‘irrid min jismagħni’. Dik hija l-għajta li llum il-bniedem jitlob lill-Knisja. Il-fidi għadha hemm. Huwa minnu li tbiddlet u ħadet xejriet differenti bil-progress imma huwa fatt, li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom il-fidi Kattolika għal qalbhom.
Bħalissa għaddejja l-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma bħala Isqof t’Għawdex u li qed tixxandar ‘live’ fuq il-paġna ta’ facebook tad-Djoċesi t’Għawdex.
Karatterstiċi li qed jispikkaw bil-kbir f’dan l-Isqof huma s-sempliċità u l-umiltà. Wirtmalta.mt tinsab infurmata li sa l-inviti li ntbagħtu kienu sempliċiment karti ‘photocopy’ għaliex l-Isoqf ried is-sempliċità u li dan il-messaġġ jasal sew.
Innutaw ukoll l-insinji episkopali ta’ Dun Anton Theuma f’dan ir-ritratt hawn taħt. L-isqof Teuma jrid ukoll li jibqa’ jissejjaħ ‘Dun Anton Teuma.’
Minn qalbna nawgurawlek ħidma ta’ ġid u saħħa Dun Anton Teuma.
