In-nannu tiegħu kien kok mal-flotta Navali Ngliża… dik in-namra għaddiet għand Paul li llum il-ġurnata fetaħ ħanut fin-Naxxar bil-laqam li kien jgħajtulu; ‘Chikos.’
Paul Dimitri rrakonta kif ftit wara li kien daħal il-konvoj ta’ Santa Marija, in-nannu flimkien ma’ sħabu kienu għamlu l-pudina Maltija kbira fuq l-HMS Ricasoli għall-familji tan-nies li kienu jaħdmu man-navy.
Isemmi wkoll kif tgħallem iżewweġ il-kċina antika ma’ dik moderna iżda l-isbaħ fatt li tgħallem mingħand in-nannu Francis Cini, li bil-Malti jiġi Ċikku Cini, kienet l-imħabba lejn l-umanità. Aktar dwar isem in-nannu, Paul irrakontalna li ta’ tfal li kienu, biex jaqbdu man-nannu flok Ċikku kienu jgħajtulu Chikos.
Minn hemm twieled isem il-ħanut… Segwa l-intervista ħelwa fil-filmat fejn jurina wkoll l-użu tal-prodotti Maltin.
Ritratt: L-għaġina Maltija/ Soċjetà Mużikali Peace Naxxar