Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Rosianne Cutajar għaddiet messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment minn Malta lejn Ateni fil-Greċja fejn bħalissa hemm iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gay Pride; liema pride kellha tiġi ridotta b’mod sostanzjali minħabba l-pandemija tal-Covid-19.
“Li tieqaf għad-drittijiet tiegħek mhux dejjem ikun faċli, wisq iżjed fi żmien diffiċli”, sostniet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar. Iżda messaġġ bħal dan żgur li se jkun ta’ inkoraġġiment bi spirtu pożittiv minn pajjiż għall-ieħor.
Ritratt: Facebook/ Rosianne Cutajar
Issostni li anke fi żmienijiet bħal dawn, ħadd m’għandu jħalli lil ħadd jgħidlu li d-drittijiet tiegħek m’humhiex prijorita u l-ebda ekonomija jew suġġett ieħor ma għandu jbaxxi d-drittijiet tal-umanità. “Ir-rispett għandu jkun dejjem u f’kull mument!”, tenniet Rosianne Cutajar.
Prosit tassew!
Ritratt: Facebook/ Rosianne Cutajar